Friday, May 3, 2024

Il-każi ta’ fejqan jaqbżu lil dawk ġodda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn total ta’ 3,264 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 42 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 59 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 669.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 33 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm tnejn li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet żdied għal 438 wara li fl-aħħar 24 siegħa anzjana ta’ 85 sena mietet waqt li kienu pożittivi għall-virus.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 793,866,015 doża. Minn dawn 412,239 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 411,046 persuna huma mlaqqma kompletament.

Sport