Saturday, December 21, 2024

Il-każi totali ta’ Covid-19 ġewwa l-Istati Uniti jaqbżu l-11-il miljun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Michigan u Washington huma l-aħħar stati Amerikani li introduċew miżuri stretti bil-għan li jikkontrollaw it-tixrid tal-Covid-19. Fost il-miżuri l-ġodda hemm li minn għada l-iskejjel u l-kulleġġi ġew- wa Michigan se jkunu qegħdin imexxu l-klassijiet online filwaqt li r-restoranti 

se jibdew joperaw fuq servizz ta’ take away biss. Ġewwa l-istat ta’ Washington, ir-restoranti wkoll mhux se jitħallew iżommi nies filwaqt li kumpessi sportivi, swali taċ-ċinema, teatri u mużewijiet se jkunu magħluqin. 

Dan kollu qiegħed iseħħ hekk kif issa n-numru totali ta’ każijiet ta’ Covid-19 fl-Istati Uniti qabeż il-11-il miljun u qiegħed ikun hemm numri rekord ta’ persuni li qed ikollhom jid- daħħlu l-isptar għall-kura. Apparti hekk il-medja preżenti ta’ persuni li qed imutu ta’ kuljum bil-virus hija ta’ iktar minn 1,000. It-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom s’issa hija qrib ħafna l- kwart ta’ miljun. 

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet l-amministrazzjoni ta’ Trump għaddiet messaġġ li kien wieħed ottimist hekk kif intqal li f’Diċembru se jkunu qegħdin jitqassmu 20 miljun doża ta’ vaċċin approvat. Intqal ukoll li 20 miljun doża se jkunu qegħdin jitqassmu kull xahar. Tajjeb li jingħad li s’issa għad hemmx vaċċin li ġie approvat uffiċjal- ment. 

Minkejja dan, il-persuni qrib il- President elett Joe Biden qegħdin jisħqu li l-fatt li Trump qiegħed jirrifjuta li jikkonċedi qiegħed ixekkel lill-amministrazzjoni l-ġdida milli tibda taħdem minn issa fuq il-programm ta’ tilqim. L-amministrazzjoni ta’ Biden se tkun qiegħda tidħol fis-seħħ f’Jannar li ġej.

Il-President Donald Trump kompla jgħid li huwa rebaħ l-elezzjonijiet tat-3 ta’ Novembru li għadda, bl-aħħar tweet nhar il-Ħadd li għadda tgħid “I WON THE ELECTION!” Trump sostna li mhux se jpoġġi lill-pajjiż taħt lock- down, iżda minkejja dan għadd ta’ sta- ti qegħdin jispiċċaw jintroduċu re- strizzjonijiet huma b’mod individwali u dan hekk kif l-ammonti kbar ta’ każi qegħdin ipoġġu piż enormi fuq is-sis- tema tas-saħħa tal-pajjiż. 

Ekonomija

Sport