Tuesday, December 24, 2024

Il-Kenjan Eliud Kipchoge jikser ir-rekord mondjali tal-maratona … f’Berlin

Aqra wkoll

Iċ-champion Olimpiku  ta’ żewġ midalji tad-deheb,  Eliud Kipchoge, kiser ir-rekord tad-dinja tal-maratona ta’ Berlin, li inċidentalment kien tiegħu stess. 

Il-Kenjan ta’ 37 sena qabeż il-linja f’ħin ta’ 2:01.09 biex tejjeb il-ħin tiegħu stess bi 30 sekondi li kien irreġistra erba’ snin ilu fil-belt kapitali Ġermaniża.

Preċedentement huwa kien ħa minuta 20 sekonda mir-rekord tal-2014 tal-kompatrijott Dennis Kimetto ta’ 2:02.57 f’Berlin.

F’jum imsaħħab, Kipchoge, li issa rebaħ 15 mis-17-il maratona tal-karriera tiegħu, deher f’nofs din il-maratona deher li kien se jirbaħ f’ħin tajjeb. 

Fi Vjenna fl-2019, sar l-ewwel atleta li ġera d-distanza ta’ 26.2 mil f’inqas sagħtejn. Madankollu, ma kienx rikonoxxut bħala r-rekord dinji uffiċjali tal-maratona minħabba li ma kienx f’kompetizzjoni miftuħa.

Ekonomija

Sport