Saturday, May 4, 2024

Il-KFKM jippreżenta l-evalwazzjoni ekonomika u fiskali lill-Ministru tal-Finanzi

Aqra wkoll

Il-Kunsill Fiskali Konsultattiv Malti, ippubblika l-evalwazzjoni tiegħu tar-Rapport Annwali u r-Rapport ta’ Nofs is-Sena li ġew ippublikati iktar kmieni din is-sena mill-Ministeru tal-Finanzi. Fil-fatt illum, il-Kunsill ippreżenta l-istess evalwazzjoni lill-Ministru tal-Finanzi u Xogħol, Clyde Caruana.

Il-Kunsill isemmi kif fis-sena 2020, Malta ffaċċat riċessjoni ekonomika qawwija minħabba l-imxija tal-Covid-19. Konsegwenza t’hekk, it-tkabbir ekonomiku li kien mistenni ma seħħx. Il-miri fiskali ma ntlaħqux peress li r-riċessjoni ekonomika kellha impatt negattiv fuq id-dħul mit-taxxa u kellhom jittieħdu miżuri li ma kienux ibbaġitjati.

Fl-evalwazzjoni tiegħu, il-Kunsill irrikonoxxa wkoll li d-devjazzjonijiet kbar bejn il-figuri attwali u t-tbassir makroekonomiku u fiskali ghall-2020 kienu eċċezzjonali peress li l-effetti tal-pandemija ma setgħux jiġu antiċipati fis-sena 2019, meta kienu diġa saru l-istimi.

Il-Kunsill stieden ukoll lill-Ministeru tal-Finanzi sabiex ikompli jsegwi l-aħħar żviluppi ekonomiċi u fiskali u b’hekk jiżgura li t-tħejjijiet għall-baġit tas-sena d-dieħla jkunu bbażati fuq tbassir makroekonomiku u fiskali robust.

Sport