Ritratti: ALAN SALIBA
Wara numru ta’ ġimgħat bil-quddies tixxandar bil-magħluq mingħajr il-preżenza tan-nies, fl-aħħar sigħat il-Knejjes madwar il-pajjiż reġgħu bdew jilqgħu lin-nies “fid-dar t’Alla”.
Għal madwar tliet xhur, il-quddies kienet qiegħda tixxandar fuq diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju, iżda ma kienx possibbli s-sagrament tat-tqarbin. Minkejja li l-bibien tal-Knejjes infetħu mill-ġdid, il-pubbliku mitlub jimxi mal-linji gwida maħruġin mill-awtoritajiet tas-saħħa fosthom li tinżamm id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra jew visor.
Ill-fotografu ta’ inewsmalta aktar kmieni dalgħodu ġibed xi ritratti li juru ċ-ċelebrazzjoni tal-quddies skont dawn il-linji gwida. Fuq kull bank wieħed jista’ jinnota sa żewġ persuni fit-truf bi spazju bejniethom.


