Kelliem għall-Kumitat Olimpiku (KOI) qal li d-deċiżjoni tal-Olanda li tagħżel lil Steven van de Velde, player tal-volleyball li serva żmien il-ħabs talli stupra minuri 10 snin ilu, għall-Olimpjadi hija “korretta,” u qalet li kien għadda minn “ħafna rijabilitazzjoni.”
“Li tikkaratterizzaha bħala komda u kuntenta ma tkunx korrett,” qal il-kelliem tal-KOI, Mark Adams, f’konferenza tal- aħbarijiet.
“Għamilniha ċara li konna f’diskussjonijiet twal mal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali Olandiż. Ir-reat seħħ 10 snin ilu, saret ħafna rijabilitazzjoni u hemm salvagwardja qawwija,” huwa qal.
Van de Velde, li llum għandu 29 sena, kien ikkundannat erba’ snin ħabs fl-2014 talli stupra tifla li kellha 12-il sena, skont il-midja Ingliża. Huwa nħeles fl-2017.
“L-atleta lanqas biss qed joqgħod fil-Villaġġ Olimpiku,” żied Adams. “L-istqarrija li tawna l-Olandiżi hija korretta u se nkomplu bis-sitwazzjoni kif inhi.”