Is-Sibt intemm ir-raba’ staġun ta’ X Factor Malta, bir-rebbieħ Richard Aquilina.
Intant, il-kantanta Mamaclay li kisbet fama kbira matul dan il-vjaġġ tal-kant, temmet il-vjaġġ f’pajjiżna b’ċelebrazzjoni.
Il-komunità Filippina għamlet ċert li l-kantanta jkollha ċelebrazzjoni sabiħa.
Fil-festin li sar, flimkien ma’ Mamaclay, ingħaqdu diversi kantanti li kienu parteċipanti fir-raba’ staġun ta’ X Factor Malta.
Fuq il-midja soċjali tagħha, hija rringrazzjat lil dawk kollha preżenti f’dan il-festin.
Żiedet tgħid li tittama li ma ddumx ma terġa’ tiltaqa’ mal-familja li għamlet f’X Factor.