Sunday, May 19, 2024

Serie A: Skoss qawwi għal Juventus

Aqra wkoll

Juventus ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tal-Iscudetto meta f’darhom sfaw megħluba minn Udinese bl-iskor ta’ 1-0 biex issa jinsabu seba’ punti taħt il-leaders Inter li jridu jirkupraw partita.

Il-Bianconeri kellhom nieqes lil Dusan Vlahovic fl-attakk u Arkadiusz Milik kien ħati li falla bosta ċansijiet ta’ skor biex Juventus ġew ikkastigati meta, fil-25 minuta, Lautaro Giannetti skorja dak li kellu jkun l-uniku goal tal-partita.

Imbagħad, it-team immexxi mill-coach Massimiliano Allegri ħaseb li kiseb id-draw meta Milik xeħet fix-xibka minn azzjoni ta’ corner iżda r-replays urew li ballun ħareġ barra mil-linja waqt il-cross.

B’din ir-rebħa, Udinese telgħu fil-15-il post bit-tielet rebħa tal-istaġun u issa jinsabu tliet punti ‘l fuq miż-żona l-ħamra.

Sport