Wednesday, July 24, 2024

Premier League Ingliż: Chelsea jdawru telfa f’rebħa

Aqra wkoll

Conor Gallagher skorja doppjetta biex għen lil Chelsea jdawru telfa f’rebħa għand Crystal Palace bl-iskor ta’ 3-1 biex żiedu l-pressjoni fuq il-coach, Roy Hodgson, li jitkeċċa.

Il-Blues iddominaw il-ftuħ tal-partita iżda, fit-30 minuta, kienu Palace li fetħu l-iskor, b’Jefferson Lerma jiġbor il-ballun f’tarf il-kaxxa u jdawwar il-ballun għas-saqaf tar-rokna tax-xibka.

Madankollu, żewġ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Chelsea kisbu d-draw meta Gallagher ikkonkluda mill-cross ta’ Malo Gusto.

Wara dan il-goal, il-Pensioners żiedu l-pressjoni biex jiksbu l-goal tar-rebħa iżda kellhom jistennew sal-ħin miżjud biex skorjaw darbtejn oħra mill-istess Gallaghar (91) u minn Enzo Fernandez (94).

Ekonomija

Sport