Ġappun…….. 1
Kroazja…….. 1
(Kroazja 3-1 bil-penalties)
Il-Kroazja għaddew għall- kwarti-finali meta għelbu lill-Ġappun 3-1 bil-penalties wara draw ta’ 1-1. Iżda dawn tal-aħħar sfaw eliminati bl- unuri kollha meta kienu sfida denja.
Fl-ewwel taqsima, il-Ġappuniżi kienu l-aħjar team u kien jimmeritahom li jidħlu jistrieħ fil-vantaġġ.
Kien, fit-43 minuta, meta Daizen Maeda kien pront xeħet fix-xibka meta l-ballun wasal għandu b’karambola ma’ Bruno Petkovic.
Iżda, fil-55 minuta, il-Kroati kisbu d-draw minn daqqa ta’ ras b’saħħitha ta’ Ivan Perisic.
Il-partita baqgħet bilanċjata biex ir-riżultat baqa’ ma nbidilx u minkejja li ngħata l-ħin barrani kollox baqa’ l-istess biex kellhom jingħataw il-penalties li minnhom il-Kroati rebħu 3-1.
Għalihom skorjaw Nikola Vlasic, Marcelo Brozovic u Mario Pasalic filwaqt li għall-Ġappun skorja Takuma Asano.
Ġappun: Shuichi Gonda, Shogo Taniguchi, Maya Yoshida, Takehiro Tomiyasu, Yuto Nagatomo (Kaoru Mitoma 64), Hidemasa Morita (Ao Tanaka 106), Wataru Endo, Junya Ito, Daichi Kamada 9 Hiroki Sakai 75), Daizen Maeda (Takuma Asano 64), Ritsu Doan (Takumi Minamino 87) – Coach: Hajime Moriyasu
Kroazja: Dominik Livakovic, Borna Barisic, Josko Gvardiol, Dejan Lovren, Josip Juranovic, Marcelo Brozovic, Luka Modric (Lovro Majer 99), Mateo Kovacic (Nikola Vlasic 99), Ivan Perisic (Mislav Orsic 106), Bruno Petkovic (Ante Budimir 62) (Marko Livaja 106), Andrej Kramaric (Mario Pasalic 68) – Coach: Zlatko Dalic
Referee: Ismail Elfath (Stati Uniti)
Assistenti: Corey Parker, Kyle Atkins (Stati Uniti)
Ammoniti: M. Kovacic, Borna Barisic (K)