Il-KSI toħroġ sejħa għall-offerti għar-riġenerazzjoni tal-Pumping Station tal-Gżira

Aqra wkoll

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) ħarġet sejħa għall-offerti għarriġenerazzjoni tal-Pumping Station tal-Gżira u l-ġnien ta’ madwaru. Ix-xogħlijiet se jitwettqu b’mod li jirrispetta l-ambjent, filwaqt li jiġu ppreservati l-karatteristiċi storiċi u arkitettoniċi tas-sit u dan jiġi aġġornat biex jibqa’ jintuża għall-operat.

Il-pumping station huwa bini Neo-Gotiku skedat Grad 1, mibni madwar 130 sena ilu biex iservi bħala
stazzjon tal-ippumpjar tad-drenaġġ għar-reġjun, u huwa rikonoxxut bħala parti mill-wirt industrijali u
arkitettoniku ta’ Malta. Il-bini se jgħaddi minn restawr flimkien ma’ interventi biex jittejbu s-sistemi
operattivi użati mill-KSI, sabiex iżomm il-funzjoni utilitarja u infrastrutturali oriġinali tiegħu.

Ir-riġenerazzjoni se testendi wkoll għas-sit ta’ madwaru, li bħalissa mhux qed jiġi sfruttat bis-sħiħ. Ilpjanijiet jinkludu ġnien pubbliku ddisinjat madwar il-prinċipju tal-bijodiversità, parti mill-bini prinċipali
li se tilqa’ fih l-uffiċċji tal-Kunsill Lokali tal-Gżira bħala punt ta’ riferiment għall-komunità lokali, kif
ukoll ir-restawr tat-torri tal-ilma eżistenti tal-konkos fis-sit, wieħed mill-ftit tat-tip tiegħu li għadu
wieqaf.

L-immaniġġjar, il-ġbir u l-użu mill-ġdid tal-ilma tax-xita huma integrati fid-disinn tal-ġnien, u jirriflettu lfunzjoni ewlenija tal-KSI fil-ġestjoni tal-ilma. Il-proġett huwa mibni fuq żewġ pilastri, l-operat u lkomunità, li jibbilanċjaw ir-rwol tal-pumping station fin-netwerk tal-ilma ta’ Malta mal-ħolqien ta’ spazju pubbliku għar-residenti.

Id-disinn ġie żviluppat minn AP Valletta b’kollaborazzjoni mal-KSI. Il-pumping station huwa elenkat bħala bini ta’ interess storiku u arkitettoniku partikolari. Is-sejħa għall-offerti tifforma parti mill-Pjan Nazzjonali ta’ Investiment tal-KSI, li matulu se jiġu investiti aktar minn €400 miljun fl-infrastruttura tal-ilma ta’ Malta matul l-għaxar snin li ġejjin.

“Dan il-proġett jgħaqqad flimkien il-preservazzjoni ta’ parti importanti mill-wirt industrijali u arkitettoniku ta’ Malta mal-użu operattiv kontinwu tas-sit, filwaqt li joħloq ukoll spazju pubbliku ġdid għall-komunità lokali,” qal Karl Cilia, Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Is-sejħa għall-offerti tirrifletti l-impenn tal-KSI li tissalvagwardja siti ta’ valur patrimonjali fi ħdan ilproprjetà tagħha.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport