Raġel miet bil-kesħa moħbi fil-mekkaniżmu tal-inżul ta’ ajruplan

Aqra wkoll

Raġel mhux identifikat, li f’Ġunju li għadda nstab mejjet moħbi fil-kompartiment tar-roti ta’ ajruplan fl-Ajruport ta’ Gatwick, Londra, miet wara li kien espost għal kesħa tremenda u nuqqas ta’ ossiġnu. Dan irriżulta minn inkjesta li saret dwar kif seta’ seħħ dan il-każ.

Il-maġistrat inkwerenti Joseph Turner fetaħ l-inkjesta fil-Qorti ta’ Horsham nhar it-Tlieta dwar il-mewt tar-raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa.

Il-qorti ġiet infurmata li l-katavru tiegħu nstab fil-kompartiment tat-tagħmir tal-inżul ta’ titjira tal-Air Arabia li kienet waslet minn Tangier, il-Marokk, fis-16 ta’ Ġunju li għadda.

Il-kadavru tar-raġel nstab minn inġinier fl-ajruport waqt li kien qed iwettaq kontrolli fuq l-ajruplan. Il-mewt tar-raġel ġiet ikkonfermata fuq il-post. Mill-awtopsja rriżulta li kawża tal-mewt tar-raġel kienet nuqqas ta’ ossiġnu, kesħa estrema u waqfien tal-qalb.

Joseħh Turner, il-maġistrat inkwerenti għaż-żona ta’ West Sussex, Brighton u Hove, ikkonferma li l-kundizzjonijiet fil-kompartiment tar-roti tal-ajruplan ikunu kesħin immens u l-livelli tal-ossiġnu baxxi. Huwa qal li għalhekk kellu raġunijiet biżżejjed biex jemmen li l-mewta tar-raġel ma kinitx waħda naturali.

Kelliem għall-Ajruport ta’ Gatwick stqarr li s-servizzi ta’ emerġenza ta’ London Gatwick intervenew minnufih fuq ajruplan tal-Air Arabia ftit wara l-wasla tiegħu fil-11:30 ta’ filgħodu hekk kif ġie identifikat inċident malli l-ajruplan niżel.

Is-smigħ tal-inkjesta fil-qorti dwar dan il-każ stramb se jkompli fl-24 ta’ Frar 2027.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport