Thursday, August 27, 2026
Home Sport Jintlaħaq ftehim biex Liverpool jiffirmaw lil Bradley Barcola mingħand Paris SG

Jintlaħaq ftehim biex Liverpool jiffirmaw lil Bradley Barcola mingħand Paris SG

0
41

Liverpool laħqu ftehim ma’ Paris St-Germain biex jiffirmaw lill-winger internazzjonali Franċiż, Bradley Barcola  għal somma li mistennija tkun £120 miljun.

In-negozjati għamlu progress kbir  matul l-aħħar 48 siegħa u proprju l-Ħamis filgħodu ntlaħaq ftehim. 

PSG kienu vvalutaw lill-attakkant Franċiż ta’ 23 sena għal £140 miljun, iżda l-pakkett finanzjarju naqas drastikament.

Għad fadal xi dettalji finali x’jiġu kompluti, iżda l-ftehim mistenni jkun jiswa £120 miljun li jinkludu wkoll bonuses.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here