Wednesday, April 24, 2024

Il-Kumitat Olimpiku Malti jħabbar il-finalisti tad-19 il-edizzjoni tal-MOC Gala Sports Award

Aqra wkoll

Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar il-finalisti tad-19-il Edizzjoni tal-Gala Sports Awards annwali li se ssir nhar l-Erbgħa 7 ta’ Diċembru fil-Corinthia Palace Hotel & Spa f’Ħ’Attard.

Wara li ġew ikkanċellati għal sentejn konsekuttivi, dawn il-Premjijiet se jkunu qed jagħmlu ritorn mistenni. L-atleti se jkunu rikonoxxuti għall-kisbiet tagħhom matul il-perjodu tal-kompetizzjoni minn Novembru 2019 – Ottubru 2022.

Il-Kategoriji jibdew mill-Premju Speċjali, segwiti mill-Bronż, il-Fidda u d-Deheb. Dawn se jingħataw abbażi tar-riżultati miksuba f’kompetizzjonijiet internazzjonali ewlenin organizzati taħt l-awspiċi tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-isport rispettiv tal-atleti jew  rganizzazzjoni Internazzjonali tal-Isport rikonoxxuta u ta’ reputazzjoni tajba. Se jiġu ppreżentati premjijiet għal Kisbiet Speċjali, lil atleti Olimpiċi  u kategorija speċjali fi ħdan il-Hall of Fame.

Il-Premjijiet ta’ din is-sena se jqisu r-riżultati miksuba f’logħob ta’ livell għoli bħalma huma l-Logħob Olimpiku, il-Logħob tal-Commonwealth, il-Logħob tal-Mediterran, u l-Festival Olimpiku taż-Żgħażagħ Ewropej fost avvenimenti internazzjonali oħra li għalihom l-atleti Maltin ġabu suċċess f’Malta.

Ninsabu ħerqana li nonoraw lil dawk l-atleti li bil-wirjiet tagħhom fix-xena sportiva internazzjonali ġabu magħhom unur għal Malta. Filwaqt li l-pandemija rat ħafna avvenimenti posposti jew imnaqqsa, Malta kienet rappreżentata tajjeb barra, u wasal iż-żmien li nonoraw l-impenn, id-dedikazzjoni u s-sagrifiċċju tal-atleti tagħna” spjega Julian Pace Bonello, President tal-Kumitat Olimpiku Malti. “Minbarra l-midalji miksuba f’logħob ta’ livell għoli bħal-Logħob tal-Commonwealth, European Youth Olympic Festival u l-Logħob tal-Mediterran, atleti li ikkompetew f’avvenimenti sportivi oħra u kisbu riżultati notevoli se jkunu wkoll onorati”

Dawn l-atleti u timijiet se jiġu ppremjati għall-kisbiet tagħhom wara li rrappreżentaw lil Malta fil-kampjonati internazzjonali. Sottomissjonijiet għall-konsiderazzjoni saru minn Federazzjonijiet Nazzjonali affiljati mal-KOM. Is-sottomissjonijiet ġew eżaminati mill-Kummissjoni Teknika tal-KOM immexxija mid-Direttur tal-Isport Charlene Attard u approvati mill-bord Eżekuttiv tal-KOM.

Kunsilli Lokali

Il-Premju tal-Kunsill Lokali se jingħata lil dawk il-lokalitajiet li taw l-appoġġ tagħhom lejn attività sportiva. Din is-sena, il-KOM irċieva seba sottomissjonijiet għall-konsiderazzjoni. Il-kriterji għall-konsiderazzjoni kienu bbażati fuq attivitajiet organizzati fil-lokalità, inklużi skejjel f’dik iż-żona, kull seminar li sar relatat mal-isport, kull għajnuna mogħtija lill-assoċjazzjonijiet sportivi lokali kif ukoll il-kontribut lejn il-manutenzjoni u l-bini ta’ faċilitajiet sportivi.

Hall of Fame

Il-Kumitat Olimpiku Malti se jkun qed iħabbar l-ismijet ta’ diversi individwi li ser jinkiteb isimhomo fil-Hall of Fame. L-approvazzjoni għal dan l-unur hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tagħhom ta’ integrità għolja u li l-kontribuzzjonijiet tagħhom, kemm fil-qasam tal-logħob kif ukoll fir-rwoli amministrattivi li okkupaw, ħallew marka fl-oqsma rispettivi tagħhom.

Il-MOC Gala Sports Awards 2022 qed jiġu appoġġjati minn Olympic Solidarity, European Olympic Committee, SportMalta, Full Marks/Joma, St. James Hospital Planet Physio, Welbee’s, The National Lottery, MITA (Malta Information Technology Agency), General Soft Drinks, Vini e Capricci, Medical Laboratory Services, Sterling Jewellers, AF Printworks Josies Bathrooms u Avanza Academy.

Il-MOC Gala Sports Awards 2022 se jiġu trasmessi live fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Kumitat Olimpiku u mxandra live fuq TVM2 it-Tlieta 7 ta’ Diċembru, fl-2030hrs.

Finalisti tal-2021 u 2022 MOC Gala Sports Awards

Athletics Malta

Claire Azzopardi, Dillon Cassar, Steve Camilleri, Peppijna Dalli, Matthew Galea Soler, Beppe Grillo, Jordan Guzman, Benjamin Micallef, Janet Richard, Daniel Saliba, Roberta Schembri, Carla Scicluna, Charlotte Wingfield, Jeremy Zammit

Aquatic Sports Association of Malta

Ana Culic, Sasha Gatt, Zea Montfort, Emily Ruggier, Under-15 Water polo Team, Under-16 Men’s Waterpolo Team, Under-19 Men’s Waterpolo Team, Senior Men’s Waterpolo Team

Badminton Malta

Francesca Clark, Martina Clark, Jeremy Gatt,

Federazzjoni Lotta

Gary Giordimaina

Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor

Ivan Cassar, Kurt Cassar, Joseph Grima, Kyle Spagnol,

Malta Basketball Association

Men’s’ National Team

Malta Billiards & Snooker Association

Duncan Bezzina, Philip Ciantar

Malta Bowling Association

Sue Abela, Mauro Anastasi, Kenneth Arpa, Rankin Camilleri, Cynthia Duca, Kayden Lagana, Matthew Magro, Dennis Mercieca, Nicholas Muscat, Nicolai Mallia, Mark Spiteri, Melissa Swift, Dwayne Zahra

Malta Cycling Federation

Marie Claire Aquilina, Daniel Bonello, Luke Borg, Jacob Schembri, Jason Vella

Malta Horse Racing Club

Clifferty Calleja, Rodney Gatt

Malta Federation of Body Building & Fitness

Lazam Abraz, Sabrina Grima, Mahmut Rajab

Malta Football Association

Haley Bugeja

Malta Golf Association

Nicholas Beck, Andrew Borg, Ruud Critien, Laurens Schulze Doering, JJ Verelst Micallef

Malta Judo Federation

Katryna Esposito

Malta Karate Federation

Luke Galea

Malta Pool Association

Dejan Grech, Alessio Magro, Scott Muscat, Ryan Pisani

Malta Sailing Federation

Max Koerner, Antonia Schultheis, Richard Schultheis,

Malta Shooting Federation

Marlon Attard, Clive Farrugia

Malta Squash Association

Julian Scerri, Kijan Sultana, Lijana Sultana

Malta Table Football Sports Association

Jurgen Balzan, Samuel Bartolo, Jamie Bonnici, Derek Conti, Mark Gauci, Jason Pisani, Valletta Subbuteo Club

Malta Taekwondo Association

Michaela Scerri

Malta Tennis Federation

Matthew Asciak, Francesca Curmi, Alex Degabriele, Darryl Delicata, Liam Delicata, Jessica Dimech, Elaine Genovese, Helene Pellicano, Dwayne Pullicino

Malta Triathlon Federation

Kai Azzopardi, Keith Galea

Malta Weightlifting Association

Kim Camilleri Lagana, Tenishia Thornton, Yasmin Zammit Stevens, National Mixed Team

Sport