Tuesday, April 23, 2024

Il-PM b’messaġġ ta’ twelid ta’ tarbija bl-IVF … l-akkademiċi kienu kontra dawk l-emendi

... Jisħaq li b'din l-emenda, l-abort kien, għadu u se jibqa' illegali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’diskors mill-aktar ċar u konsisteni, il-Prim Ministru sostna li bl-emenda proposta għall-protezzjoni tal-omm u l-professjonisti mediċi, l-artikoli li jagħmlu l-abort illegali f’pajjiżna kienu, għadhom u se jibqgħu hemmhekk. 

Fil-Parlament il-Prim Ministru kompla biex jispjega dwar kif l-Oppożizzjoni għal darba oħra qiegħda tipprova tbeżża’ bil-babaw anke billi tieħu l-pożizzjoni ta’ numru ta’ akkademiċi. Il-Prim Ministru kompla biex jinnota l-kontribut validu ta’ wħud minn dawn l-akkademiċi fis-soċjetà, iżda nnota wkoll kif konsistentament uħud minnhom ikunu minn ta’ quddiem biex ikunu firmatarji kontra bidliet li saru f’pajjiżna u li meta saru, komplew itejbu l-ħajja tan-nies. 

Fakkar li dawn l-akkademiċi opponew f’bidliet bħalma huma l-IVF ta’ ftit tas-snin ilu, fejn kienu qalu li ma kienx hemm għalfejn dik il-bidla. Hawnhekk huwa kkwota u ppreżenta messaġġ li rċieva kmieni dalgħodu li jgħid “Grazzi minn qalbna Onorevoli Prim Ministru. Bis-saħħa tiegħek u tal-ħanin Alla kellna din l-anġlu li li ma kienx għall-IVF ma kienx ikollna. Grazzi lilek”. Hawnhekk deher ritratt li ntbagħat lilu li juri t-tarbija inkwistjoni.

Huwa kompla biex jgħid li meta l-Kap tal-Oppożizzjoni jgħidlek li l-gvern qiegħed iressaq din l-emenda biex iżid il-maġġoranza tal-voti ma jistax jinżel iżjed fil-baxx minn hekk. Huwa qal li dan juri kemm verament Bernard Grech moħħu fil-voti. Saħaq li bil-mandat daqstant b’saħħtu tal-poplu fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali, il-gvern seta’ jibqa’ komdu u jħalli kollox kif inhu mingħajr ma jieħu riskji u mingħajr ma joqgħod jikkumbatti l-gideb ta’ min irid ibigħ xi ħaġa li f’din l-emenda mhix hemmhekk.

“Se tkun emenda li jagħmlu użu minnha waħdiet iżda anke jekk tkun persuna waħda, nemmnu li għandna dover li nipproteġuha”

Robert Abela

“Il-gvern qiegħed jagħmel dak li huwa s-sewwa, biex omm tqila f’sitwazzjoni ta’ periklu għal saħħitha naġixxu. Se tkun emenda li jagħmlu użu minnha waħdiet u f’ċirkostanti partikolari ħafna. Anke dawk il-waħdiet anke jekk tkun persuna waħda, għandna dover li nipproteġuha. B’diferenza minn ħaddieħor għandna fiduċja sħiħa fit-tobba kollha li huma kwalifikati li jieħdu deċiżjonijiet responsabbli f’mumenti kruċjali bħal dawn. Nemmnu wkoll li dik l-omm u l-missier f’mument l-iktar vulnerabbli u diffċili f’ħajjithom se jieħdu deċiżjoni fl-aħjar interess għat-tarbija u l-omm”, temm jgħid il-Prim Ministru

Sport