Friday, June 5, 2026

Spettaklu fl-ewwel jiem tal-Kampjonat tal-Beach Soccer 2026

Aqra wkoll

Il-Kampjonat Nazzjonali tal-Beach Soccer tal-Irġiel 2026 beda b’ġurnata mimlija azzjoni fil-Bajja ta’ Birżebbuġa, fejn intlagħbu sitt partiti li pproduċew total ta’ 70 gowl.

Ħamrun SC fetħu l-istaġun tagħhom b’rebħa kbira ta’ 11-0 fuq Costa Viola. Weverton Gomes u Matos Wescley skorjaw tliet gowls kull wieħed, filwaqt li Maicon u Antonello Demanuele żiedu doppjetta kull wieħed. Yessous Camilleri għaqqad l-iskor bl-aħħar gowl.

Spartans u Sliema Beach Soccer spiċċaw fi draw ta’ 4-4. Għall-Ispartans skorjaw Andre Joe Cutajar (2), Shalon Diacono u Samuel Saldanha, filwaqt li għal Sliema wieġbu Lee Joe Schembri (2), Koiba Desire u Brandon Bray.

Phoenix FC rebħu lil W/A Agency 8-5. Cristian Urbina kien l-istilla b’erba’ gowls, Kayne Haber skorja hat-trick u Matthew Curmi żied ieħor. Għal W/A Agency, Mohamed Ahmad skorja tlieta, filwaqt li Mohamed Amri u Wisam El Zaredi żiedu gowl kull wieħed.

F’partita oħra mimlija gowls, W/A Agency għelbu lil Costa Viola 9-8.

La Playa de Arena fetħu l-impenji tagħhom b’rebħa impressjonanti ta’ 9-0 fuq Phoenix FC. L-iskorers kienu Daryl Micallef (3), Sheldon Mizzi (2), Dale Tabone (2), Karl Caruana u Daniel Camenzuli.

Spartans komplew jikkonfermaw il-forma tajba tagħhom meta għelbu lil Ballun FC 10-2. Fabrizio Zammit skorja ħames gowls, Samuel Saldanha tlieta, Dale Valletta wieħed, filwaqt li kien hemm awtogowl ta’ Nigel Joe Borg. Għal Ballun FC skorjaw Ryan Spencer u Saul Figueroa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport