Wednesday, March 27, 2024

Ruben Baldacchino itemm b’suċċess il-Masters fix-Xjenza fil-Permformance Coaching

Aqra wkoll

-investiment fir-riżorsi umani huwa dejjem importanti biex jippromwovi l-isport bħala professjoni u jgħolli l-istandards lokali. Il-Malta Sports Scholarships għandha rwol importanti biex tgħin lill-atleti u lill-kowċis jilħqu livelli ogħla. Is-Sur Ruben Baldacchino huwa wieħed minn dawn il-kowċis li temmew b’suċċess il-Masters tiegħu fix-Xjenza fil-Performance Coaching fl-Università ta’ Stirling.

“Din il-borża ta’ studju għenitni nżid l-għarfien tiegħi fil-qasam tal-kowċing. Il-kors offrut fl-Università ta’ Stirling kien esperjenza ta’ tagħlim mill-aqwa u nixtieq nirringrazzja lill-Gvern Malti talli tani din l-opportunità permezz tal-iskema tal-Malta Sports Scholarship.”

Is-Sur Ruben Baldacchino jokkupa l-irwoli ta’ Head Coach ma’ Depiro Basketball Club u ta’ Kap ta’ Dipartiment fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni fejn wieħed mill-kompiti tiegħu huwa li jikkoordina u jgħallem il-Programm ta’ Żvilupp tal-Karriera Sportiva.

“L-għarfien miksub permezz ta’ dan il-kors żgur se jikkontribwixxi għal tħejjija aħjar tal-istudenti atleti tagħna fil-programm SCDP li huwa offrut fl-iskejjel sekondarji tal-gvern.”

Matul il-kors is-Sur Ruben Baldacchino kellu l-opportunità li jiffoka fuq il-Coaching Education f’Malta fl-aħħar biċċa xogħol tiegħu. L-edukazzjoni tal-kowċing hija importanti ħafna biex jiġu żviluppati kowċis ta’ livell għoli sabiex l-atleti tagħna jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-aqwa programmi ta’ taħriġ biex jilħqu l-miri tagħhom.

Baldacchino huwa benefiċjarju tal-Malta Sport Scholarship, iffinanzjat mill-Gvern ta’ Malta.

Ekonomija

Sport