Saturday, July 20, 2024

Il-Kumitat Olimpiku Malti jħabbar l-aħħar grupp ta’ benefiċjarji tal-Youth Development Scheme

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Teknika u taż-Żgħażagħ tal-Kumitat Olimpiku Malti (KOM) ospitaw it-tieni u l-aħħar sessjoni tal-preżentazzjoni taċ-ċertifikati lill-atleti li ikkwalifikaw għall-Youth Development Scheme.

Il-preżentazzjoni saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti, fejn attendew atleti mill-Atletika, Ġinnastika Artistika, Ġinnastika Ritmika, Ibburdjar, Sparar, Table Tennis, u Taekwondo.

L-avveniment ħabat mal-anniversarju ta’ sena mill-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa tal-2023 li saru f’Malta. Fid-dawl ta’ dan, saru diversi workshops għall-atleti fil-Kategoriji D2 sa D5.

L-ewwel punt fuq l-aġenda kienet spjegazzjoni mis-Sinjorina Charlene Attard, Direttur tal-Isport u Kap tal-Kummissjoni Teknika, dwar kif taħdem l-iskema. Attard iddettaljat il-proċess tal-għażla u l-mixja tal-atleti f’din l-iskema. Hija saħqet fuq l-importanza li kulħadd għandu jimxi mal-obbligi tagħhom u s-sinifikat tas-servizzi professjonali għall-iżvilupp ħolistiku tagħhom.

Fit-tieni parti tas-sezzjoni, l-atleti ġew mqassma fi gruppi żgħar fejn attendew workshops immexxija minn professjonisti akkreditati fis-Strength and Conditioning, il-Psikoloġija, u n-Nutrizzjoni.

Is-Sur Luigi Sammut, mill-Functional Diagnostic Laboratory tal-KOM, spjega l-importanza tat-testijiet li jsiru mil-laboratorju tal-KOM u kif għandhom jiġu interpretati r-riżultati. Matul is-sessjoni, ġiet ipprovduta gwida dwar kif wieħed jista japplika għas-servizzi msemmija.

Ir-rwol tal-ġenituri fl-iżvilupp atletiku ta’ uliedhom kien indirizzat mis-Sinjorina Johanna Grech, Direttur u kap tal-Kummissjoni Żagħżagħ, li ħeġġithom biex użaw is-servizzi disponibbli biex jappoġġjaw il-vjaġġ sportiv ta’ uliedhom.

L-Atleti Magħżula

Atletika

Maya Agius, Claire Alamango, ElyaAzzopardi, KristinaAzzopardi, Mark Azzopardi, MatthewAzzopardi, ShanesiaAzzopardi, YuliyaBarbara, Mikhail Bartolo, Chanelle Bezzina, Nicolai Bonello, Nick Bonett, Isaac Bonnici, Jacques Borg, Ella Borg Degiorgio, Jack Borg Pullicino, Mireya Bugeja, Michela Caruana, Thais Catania, Sophia Curmi, Cheziane Debattista, MichaelDebattista, Alessandro Desira, Kayliegh Anne Ellul, GabrielFarrugia, Matthew Fenech, Matthew Galea Soler, Luca Gerada, Sara Giordano Imbroll, Martina Gouder, Andrea Grech, Thea Grech, Rivah Micallef, Thea Parnis Coleiro,  Benjamin Salnitro, Jodie Scicluna Montfort, Bianca Shoemake, Thea Shoemake, Kayla Slack, Carey Spiteri, Kay Testa, Emma Vassallo, Livia Vella Anastasi, Carl Zammit Bondin,  Julian Zarb.

Ġinnastika Artistika

Philippa Busuttil,  Sophie St John, Janet Galea, Julia  Galea, Riley Goodenough, Lyana Curmi Inguanez, Sarah Marie Attard,  Faith Anouk Cassar, Krysta Vella

Ġinnastika  Ritmika

Lauren  Agius, Chezonelle Georgette Azzopardi, Alyona Draguzya, Mariia Prudnikova

Therese Amélie Vassallo

Ibburdjar

Shaun Aquilina, Samantha Axisa, Isaac Azzopardi, Julia Borg, Liam Andrew Cutajar, Timothy De Cesare, Ella Demicoli, Corey Joyce, Jonas Micallef, Katrina Micallef, Sebastian Miceli Demajo, Nathan Montebello, Aleksandra Nagrudnaia, Matthias Spiteri, Benjamin Vassallo, Timmy Vassallo

Sparar

Matthias Azzopardi, Ryan Bugeja, Mariah Busuttil,  Andre Cassar, Luke Cassar, Aidan Jo Desira, Liam Sciberras, Nico Sciberras

Table Tennis

Julia Bonnici, Julian Cassar, Anthea Cutajar, Luke Fenech, Neil Incorvaja, Rachel Mifsud,  Luke Montebello, Conrad Pulim Oliver Rarring Thorne, Sebastian Farring Thorne, Danny Scicluna,  Matthew Zammit

Taekwondo

Alycia Cassar, Luke Chircop, Nathan Degiorgio, Fergeson Galea,  Michela Scerri, Jean Schembri, Robin Zammit

Ekonomija

Sport