Il-Kummissjoni Elettorali qiegħda tavża li l-użu ta’ mowbajls, cameras, jew apparat tal-fotografija huwa projbit fil-postijiet tal-votazzjoni.
Min jinqabad jieħu ritratt jew filmati u jinstab ħati ta’ dan ir-reat, jista’ jeħel multa u/jew priġunerija, hekk kif stabbilit fl-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.