Friday, December 27, 2024

Il-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi r-riformi kostituzzjonali u istituzzjonali mwettqa mill-Gvern

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Gvern jilqa’ l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-ewwel Rapport Annwali tagħha dwar l-istat tas-Saltna tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea u s-27 Stat Membru Ewropew. Dan ir-rapport jikkonferma li fl-aħħar xhur il-Gvern ta’ Malta kompla b’ħidma li ssarrfet f’riformi bla preċedent biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt permezz tat-tisħiħ tal-indipendenza tal-ġudikatura, riformi kostituzzjonali u istituzzjonali.

F’dan l-ewwel eżerċizzju tagħha, il-Kummissjoni Ewropea għarfet ir-riformi li ġew approvati unanimament mill-Parlament Malti f’Lulju li għadda, speċjalment dawk biex kompliet tissaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura, tant li qegħdin jissemmew bħala eżempji ta’ fost l-aqwa prattiċi fl-Unjoni Ewropea.

Fil-fatt il-Kummissjoni Ewropea tgħid:

In Malta for example, a number of reforms of the justice system have recently been adopted by Parliament to strenghten judicial independence.

Il-Kummissjoni tfisser ukoll bħala sinifikanti l-isforzi li qiegħda tagħmel Malta biex issaħħaħ l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna biex jiġġieldu l-kriminalità u l-korruzzjoni:

A broad reform project has now been launched to address gaps and strengthen the institutional anti-corruption framework including as regards law enforcement and prosecution.

Fl-istess waqt għarfet l-isforzi li qegħdin isiru minn dan il-Gvern li kkopera bi sħiħ f’dan l-eżerċizzju biex jindirizza sfidi marbuta ma’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet f’Malta. Il-Kummissjoni Ewropea tidentifika wkoll lil Malta ma’ grupp ta’ pajjiżi li xprunaw miżuri biex jipprevjenu l-korruzzjoni:

Member states have taken or are envisaging measures to strenghten the prevention and integrity framwork. Examples include Bulgaria, Ireland, Greece, Malta, Czechia, Poland and Portugal.

Riformi oħra li ġew imfaħħra jinkludu dawk fil-Korp tal-Puluzija, l-Uffiċċju tal-Ombudsman, il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni u l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali. Hawnhekk il-Kummissjoni Ewropea tgħid:

Constitutional Reforms also concern the aspects of checks and balances. For example in Malta, a recently adapted constitutional reform concerns the election procedure of the President of Malta and the role of the Ombudsman and another constitutional reform on the appointment of certain independent commissions has been tabled to Parliament.

Il-Gvern jilqa’ dan l-aħħar żvilupp bħala ċertifikat ieħor pożittiv għar-riformi storiċi li wettqet din l-amministrazzjoni taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela. Riżultat ta’ din il-ħidma, illum il-Kummissarju Ewropew Didier Reynders iddeskriva lil Malta bħala ‘best practice’ u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola von der Leyen f’ittra li bagħtet f’Lulju lill-Prim Ministru Robert Abela faħħret ir-riformi li wettaq pajjiżna biex tisaħħaħ is-saltna tad-dritt. Dan kollu qed isir b’konvinzjoni mill-Gvern u wara proċess ta’ djalogu strutturat inkluż mal-Kummissjoni Venezja, li wkoll laqgħet dawn ir-riformi storiċi.

Il-Kummissjoni Ewropea rrimarkat ukoll li l-Gvern qed jinnota li għad fadal xogħol xi jsir. Dwar dan il-Kummissjoni Ewropea qed tilqa’ l-impenn tal-Gvern li jkompli jaħdem biex jimmodernizza l-pajjiż permezz ta’ riformi importanti li jikkumplimentaw dak li sar s’issa. Dan qed jirriforma dak li qatt ma nbidel u jipprepara lil Malta għall-futur.

Ekonomija

Sport