Saturday, May 4, 2024

Il-Kumpanija Netflix qed toffri ħlas ta’ $385,000 fis-sena għall-irwol ta’ flight attendant

Aqra wkoll

Il-Kumpanija ġganteska Netflix bħalissa għandha opportunità tad-deheb għal dawk li jitħajru jaħdmu bħala flight attendent fuq jet privat. Dan hekk kif il-persuna meqjusa bħala l-iktar waħda adattata għal dan it-tip ta’ xogħol se jkollha l-opportunità li taqla’ sa madwar $385,000 fis-sena.

Bħala rekwiżiti, il-kumpanija qed tfittex persuna li hija mħarrġa fis-sigurtà tal-passiġġieri kif ukoll tkun kapaċi tevakwa lill-passiġġieri f’każ ta’ emerġenza. Kwalitajiet oħra li jeħtieġ li jkollha l-flight attendent huma indipendenza u motivazzjoni.

Il-persuna magħżula se tkun stazzjonata f’San Jose, il-Kalifornja, u jeħtieġ li tkun persuna flessibbli minħabba li din il-kariga tinvolvi vjaġġar madwar il-Kalifornja stess kif ukoll f’pajjiżi oħra li normalment ikunu skedati għall-weekend u l-festi pubbliċi.

Sport