Wednesday, April 24, 2024

Il-mozzjoni mressqa mill-gvern dwar l-Att tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika tgħaddi mill-istadju tat-tieni qari

Aqra wkoll

Il-mozzjoni ippreżentata mill-gvern dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-att dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika għaddiet mill-istadju tat-tieni qari b’39 vot favur u 33 kontra. Dan se jkun ifisser li issa din il-mozzjoni se tkun qiegħda tgħaddi quddiem il-kumitat dwar il-konsiderazzjonijiet ta’ abbozzi ta’ liġi fit-30 ta’ Jannar. Fl-istess jum se jkun qiegħed jittieħed il-vot finali dwar din il-mozzjoni.

Intant fis-seduta tal-bieraħ komplew jagħmlu l-interventi tagħhom diversi membri parlamentari miż-żewġ naħat tal-Kamra b’diskussjoni li ftit li xejn kellha bidla fit-ton min-naħa tal-Oppożizzjoni.

Dan hekk kif filwaqt li deputati Nazzjonalisti rreferew għal din il-mozzjoni bħala waħda li skonthom tikxef l-arroganza tal-Prim Ministru, oħrajn min-naħa tal-gvern enfasizzaw il-bżonn ta’ qbil kemm jista’ jkun malajr biex timtela din il-kariga hekk importanti fl-interess nazzjonali.

Sport