Wednesday, March 27, 2024

“Mekkaniżmu li ma jippermettix li l-Oppożizzjoni tirrikatta gvern demokratikament fdat biex jiddeċiedi”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard għalaq id-diskussjoni fl-istadju tat-tieni qari rigward il-ħatra tal-Kummissarju tal-Istandards b’intervent bi kliem meqjus rigward il-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni fil-ħatra ta’ dawn iż-żewġ karigi.

Attard qal li meta tirrifletti ftit tista’ tasal għal żewġ konklużjonijiet fejn jew għandek Kap tal-Oppiżizzjoni dgħajjef li għotor quddiem il-pressjoni tal-estremisti fil-partit tiegħu stess jew Kap li huwa nieqes mill-irġulija.

Il-Ministru qal li stat ta’ fatt huwa dak li l-Oppożizzjoni ma tistax tafdaha għax hija irresponsabbli u li taħt it-tmexxija ta’ Grech ma tafx x’inhu l-irwol tagħha. Sostna li jekk mhi konsistenti f’xejn, din hija konsistenti fil-kontradizzjonijiet, fil-konfużjoni u n-nuqqas ta’ kredibbiltà. Kompla biex jgħid li din hija kontra l-mekkaniżmu tal-anti-deadlock mechanism għax jiskoraġixxi komportament irresponsabbli. Huwa wkoll mekkaniżmu li ma jippermettix rikatt fuq gvern demokratikament elett biex jieħu d-deċiżjonijiet u li bih ma jistax ikollok Kap tal-Oppożizzjoni li jiftiehem mod u jogħtor quuddiem pressjoni mill-fazzjoni li ħakmet il-partit.

Ekonomija

Sport