Wednesday, April 24, 2024

Il-kumpanija Walt Disney tħabbar li se tkeċċi mat-28,000 ħaddiem minħabba l-pandemija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kumpanija Walt Disney se tkun qiegħda tnaqqas l-ispejjeż tagħha billi tkeċċi mat-28,000 ħaddiem.

Skont rapporti fil-midja qed ikun żvelat li madwar żewġ terzi ta’ dawn il-ħaddiema huma part-timers, iżda f’dan l-istadju mhux magħruf liema postijiet rinomati mistennija jkunu milqutin minn dawn it-tkeċċijiet.

Fl-ittra tat-tkeċċija ċ-Chairman Josh D’Amaro spjega li fl-aħħar xhur il-management kien qed jaħdem bla waqfien bit-tama li ma jkollhiex tittieħed din id-deċiżjoni billi fost l-oħrajn tnaqqsu l-ispejjeż, ġew sospiżi proġetti kapitali biex jingħataw il-pagi anke jekk mhux il-postijiet kollha kienu qed joperaw.

D’Amaro temm jgħid li minkejja dan il-kumpanija ma setgħetx tkompli topera bil-ħaddiema kollha minħabba t-tnaqqis fin-numru ta’ persuni li jistgħu jattendu minħabba l-miżuri marbutin mal-Covid-19.

Sport