Thursday, April 18, 2024

“Jalla xi darba nerġgħu niltaqgħu… Inħobbok għal dejjem”

Aqra wkoll

Tgħid dan mart Christ Zahra, il-ħaddiem li tilef ħajtu b’mod traġiku fil-Port Ħieles

“Għażiż raġel tiegħi, strieħ fis-sliem. Jalla xi darba nerġgħu niltaqgħu. Inħobbok għal dejjem.”

Hekk kitbet Erika Zahra, mart Christ Zahra, ir-raġel ta’ 36 sena, residenti Ħal Safi, li  t-Tlieta li għadda miet f’inċident li seħħ għall-ħabta tal-5.00p.m. fil-Port Ħieles, fil-limiti ta’ Birżebbuġa.

Mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li Christ kien qiegħed jagħmel xi xogħol b’lifter. Dak il-ħin, kontejner waqa’ għall-isfel u spiċċa fuq il-kabina tal-lifter fejn kien hemm ir-raġel. Ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post

“Kiefra toħroġ għax-xogħol biex taqla’ l-ħobża ta’ kuljum għall-familja u ma tirritornax lura d-dar.” Dan kien kumment fuq fomm in-nies wara l-aħbar traġika li ħaddiem tilef ħajtu fuq il-post tax-xogħol. 

Bosta ħbieb u kollegi jinsabu f’luttu u maħsuda hekk kif wara li saru jafu bid-disgrazzja li ddeskrivewha bħala ġurnata kerha li qatt mhu se jinsew. “Tlifna ħabib kbir, kollega, raġel u missier li kien tassew iħobb.”

Missier ta’ żewġt itfal, huwa kien deskritt bħala raġel b’qalb tad-deheb u li kien jagħmel kollox għall-familja biex jarahom kuntenti. “Kien raġel li jbiegħ l-għaqal u s-saħħa, li kuljum tarah ħerqan imdawwar b’uliedu,” kitbet persuna fuq il-midja soċjali.

Ekonomija

Sport