Sunday, December 22, 2024

Il-kundizzjoni tal-għalliema li sparalha student turi sinjali ta’ titjib

Aqra wkoll

Il-kundizzjoni tal-għalliema ta’ Virgina li spiċċat feruta serjament wara li student ta’ sitt snin allegatament spara fuqha, uriet sinjali ta’ tijib.

Abby Zwerner kienet fil-periklu tal-mewt wara li l-Ġimgħa ntlaqtet minn tir b’pistola fl-Iskola Elementari Richneck fil-belt ta’ Newport News. 

Is-Sindku ta’ Phillip Jones qal lill-BBC li l-irkupru ta’ Zwerner huwa wieħed li qed juri xejriet pożittivi iżda għadha kritika wara l-inċident. 

Fuq il-midja soċjali bosta kienu dawk li awguraw fejqan ta’ malajr lil Zwerner, li għandha 30 sena. 

Għadu mhux ċar minn fejn u kif it-tifel – li jinsab taħt il-kustodja tal-pulizija, kiseb l-arma. L-uffiċjali qalu li filwaqt li l-iskola, li għandha madwar 550 student, kellha faċilitajiet li jidentifikaw il-metall, mhux kull tifel u tifla ġew iċċekjati. 

Il-Pulizija wkoll naqset milli tgħid x’seta’ kien il-motiv wara l-iċnident, iżda l-Uffiċjal Steve Drew qal lill-ġurnalisti li l-isparatura seħħet wara “argument” fi klassi tal-ewwel grad u ma deherx li kien “aċċidentali”. 

Ekonomija

Sport