Wednesday, April 24, 2024

Hamrun Spartans ikomplu għaddejjin ….

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Hamrun S……………….1

Hibernians……………..0

Fil-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa, il-leaders Hamrun Spartans għelbu liċ-champions Hibernians bl-iskor minimu ta’ 1-0, biex b’hekk fetħu vantaġġ ferm komdu ta’ 11-il punt fuq Gżira United u għamlu pass importanti lejn ir-rebħ tat-tieni kampjonat fi tliet staġuni.

Kienet rebħa ferm meritata għalihom, fejn li kieku kienu iktar preċiżi fl-attakk, l-iskor seta’ saħansitra kien ikbar favurihom.

Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet it-13-il rebħa għall-Ispartans u r-raba’ telfa għal Hibernians matul dan l-istaġun.

Kienu Hamrun li ħoqlu l-ewwel periklu fit-18-il minuta permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Ognjen Bjelicic li ġie salvat minn mal-art u mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper veteran ta’ Hibernians Justin Habar li f’din il-partita reġa’ ngħata l-fiduċja mill-coach Taljan Andrea Pisanu, minflok il-goalkeeper titolari, Ibrahim Kone.

L-Ispartans komplew jiddettaw il-logħob u fil-41 minuta rebħu penalty meta Gonzalo Bravo Llerena waqqa’ lil Bruno Ederson Domingos fil-kaxxa, bil-player tal-Pawlisti jiġi ammoniti għal dan il-foul. Iżda mill-11-il metru nkariga ruħu l-midfielder internazzjonali Malti, Matthew Guillaumier, li kellu l-konklużjoni fraġli u fil-baxx tiegħu salvata minn mal-art minn Justin Haber.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, kompla d-dominju assolut tal-Ispartans u fis-60 minuta Jonny xeħet cross fil-baxx lejn il-Kroat, Roko Prsa, li iżda minn pożizzjoni ferm ideali, laqat il-ballun ħażin.

Iżda l-istess player ROKO PRSA ma kellux ifalli żewġ minuti biss wara meta wara li qabeż żewġ players avversarji, b’elegenza qabbeż bi ftit il-ballun minn fuq Justin Haber.

Huma komplew jippressaw u fil-65 minuta, Guillaumier għadda tajjeb lejn Bruno Ederson Domingos li kkontrolla tajjeb u xxamplat inkredibbilment tefa’ barra.

Fis-76 minuta, Elvis Mashike Sukisa, dejjem għall-Ispartans, kellu xutt angulat minn ġol-kaxxa li ntemm ftit għoli.

Żewġ minuti wara, Mashike Sukisa għadda tajjeb lejn Prsa li iżda wiċċ imb’wiċċ ma’ Haber, tefa’ ftit barra.

Hamrun S.: 1-Henry Bonello, 3-Bruno Ederson Domingos, 4-Steve Borg, 6-Matthew Guillaumier, 9-Elvis Mashike Sukisa (7-Luke Montebello 90), 12-Roko Prsa (17-Vinicius De Freitas Ribeiro 82), 27-Ogjnen Bjelicic, 28-Juan Carlos Corbalan, 63-Jonny (10-Jorge Ailton Soares 76), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli Coach: Branko Nisevic

Hibernians: 16-Justin Haber, 3-Ferdinando Apap (20-Andrei Agius 58), 4-Kurt Shaw, 6-Gonzalo Bravo Llerena, 8-Jake Grech (12-Dunstan Vella 69), 9-Jairo Morillas Rivero (23-Yunusa Owolabi Muritala 69), 10-Jurgen Degabriele, 11-Bjorn Kristensen (17-Gabriel Mensah 79), 13-Zachary Grech, 22-Gabriel Izquier Artiles, 42-Ali Diakite Coach: Andrea Pisanu

Referee: Malcolm Spiteri

Ass. Referees: Roberto Vella, Edward Spiteri

Raba’ Uffiċjal: Ishmael Barbara

Skorers: R. Prsa 62 (H)

Ammoniti: G. Bravo Llerena, B. Kristensen (HBS), B. Ederson Domingos (HMR)

Player tal-Logħba: Roko Prsa (H)

Sport