Thursday, October 10, 2024

IL-KUNFLITTI TA’ MADWARNA… IL-FIRXA TAGĦHOM… U PAJJIŻNA

Aqra wkoll

Mingħajr ħafna daqq ta’ trombi, ħafna drabi moħbija mill-medja bi skop, qegħdin naraw li l-kunflitt li beda sentejn u seba’ xhur ilu bejn ir-Russja u l-Ukrajna qiegħed jinfirex. Qiegħed jinfirex mhux fiż-żona fejn oriġina imma f’kontinent ieħor fl-Afrika. Firxa ta’ kunflitt injorata u moħbija.

Proprju ftit ġimgħat bdejna naraw kunflitt ġdid jeskala u jikber u dan bl-involviment tar-Russja u l-Ukrajna fir-reġjun tas-Sahel fl-Afrika. Rajna kif ri- belli fil-Mali mgħejjunin b’involviment Ukren attak- kaw gruppi paramilitari Russi fil-Mali.

Dawn l-attakki huma eżempji ċari ta’ kif il-kon- segwenzi tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna qed tinħass lil hinn mill-fruntieri fl-Ewropa. Issa hu ċar aktar minn qatt qabel li l-Mali qed jispiċċa jintuża għall-kunflitti indiretti bejn ir-Russi u l-Ukreni.

Dak li ġara fil-Mali mhux qed jiġri f’kumbinazz- joni qiegħed jiġri bi skop. Kollox qiegħed jindika li r-reġjun tas-Sahel u s-Sudan qegħdin jintużaw bi strateġija biex jinfluwenzaw il-gwerra bejn l-Ukraj-

na u r-Russja. L-interess jidher li hu wieħed dak li tkun internazzjonalizzata il-ġlieda tal-punent kontra ir-Russja. Il-fatt li l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna baqgħet staġnata u l-fatt li l-pajjiżi tal-Punent u anke l-Istati Uniti qegħdin joħorġu flejjes kbar biex jgħinu l-Ukrajna, din qed toħloq pressioni fuq dawn il-pajjiżi dwar kemm jistgħu jdumu jagħmu hekk f’dak li hu tuil ta’ żmien. Dan hu kunflitt li riesaq lejn it-tielet sena tiegħu.

Ma’ dan imbagħad għandna l-kunflitt f’Gaża. Kunlfitt li fis-7 ta’ Ottubru se jagħlaq sena. Kunflitt li llum qiegħed joħloq theddida ġdida, dik li dan il-kunflitt jinfirex. Kunflitt li kien fetaħ b’attakk mill- Hamas li qatel 1,200 persuna.

Ritaljazzjoni minn Iżrael li fiha rajna xeni xokkanti wasslet bier sa issa inqatlu madwar 41,000 Palestinjan. Kważi 100,000 persuna sfaw feruti. L-imwiet u aħbarijiet xokkanti nibqgħu nisimgħu minn jum għal jum. Fl-aħħar jiem inqatlu sitt ħaddiema tan-Nazzjonijiet Uniti, u dan meta kienet attakkata skola f’Gaża, post li fih kien hemm nies qegħdin jieħdu kenn.

Kellna fl-aħħar xhur lis-Segretarju tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres li ddikjara li “dak li qed jiġri f’Gaża hu inaċċettabbli’. Ma waqafx hemm u qal li “l-ksur drammatika tal-liġi humanitaria internazz- jonali irid jieqaf issa. Iddikjara ukoll li l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Nethanyahu injorah.

F’dan il-kunflitt qegħdin naraw id-djgħufija tal-politika tal-Istati Uniti biex tinstab soluzzjoni għal dan il-kun- flitt, liema kunflitt jinsab f’riskju li jinfirex bi gwerra bejn Iżrael u l-Heżbollah. Is-sitwazzjoni turi ukoll id-djgħufija tan-Nazzjonijiet Uniti, li jidher li ftit li xejn tista’ tagħmel biex ittemm dawn il-kunflitti.

Jekk ikollna naraw l-infieq militari li jinkludi l-armamenti naraw lis-sena li għaddiet, kellna nefqa rekord $2.4 triljun.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport