Monday, December 9, 2024

Il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun bi proġett ambjentali biex isebbaħ il-loaklità

Aqra wkoll

Il-Kunsill Lokali Ħamrun fil-ġranet li għaddew lesta proġett importanti ieħor fil-Ħamrun. Din id-darba favur l-ambjent fejn twaħħlu madwar 300 pot b’arbuxelli li jgħixu sena kollha mal-faċċata tal-iskola primarja fil-Ħamrun. 

Dawn il-pots saru biex isebbħu l-ambjent f’erba’ toroq kif ukoll biex iħġġu l-istudenti u r-residenti Ħamruniżi biex huma ukoll  isebbħu t-toroq b’aktar pjanti. 

Dawn il-pjanti ħa jkunu qegħdin jissaqqew permezz ta’ sistema ta’ irrigazzjoni minn ġibjun fl-iskola stess li ma kienx qiegħed jintuża. “Il-Kunsill se jkompli jaħdem biex ikollna toroq isbaħ u aħjar biex b’hekk inħeġġu aktar residenti jgħinu ħa nagħmlu l-Ħamrun ahjar flimkien.”

L-Arbuxelli ingħataw minn Ambjent Malta bl-għajnuna tal-Ministru Aaron Farrugia. 

Ekonomija

Sport