Saturday, December 21, 2024

Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar jilmenta dwar il-caravans fi Triq il-Kosta

Aqra wkoll

Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar fi sqarrija wera mill-ġdid d-diżappunt tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-caravans fi Triq il-Kosta. Il-Kunsill sostna li s-sitwazzjoni minflok ġiet ikkontrollata kompliet tiggrava.

Fl-istqarrija ntqal li dawn il-caravana huma ta’ detriment kbir għar-residenti u anke l-pubbliku li għandu dritt igawdi l-kosta.

Il-Kunsill isostni li ma jistax jibqa’ aktar aċċettabbli li l-kosta ta’ Baħar iċ-Ċagħaq u s-Salini, li hija waħda mill-isbaħ kosti tal-pajjiż u li minnha jgħaddu eluf ta’ persuni f’kull ħin, tibqa’ timtela b’kull tip ta’ “caravan” ta’ kull forma u għamla bla regoli u kontrolli ta’ xejn.

Il-Kunsill ifakkar ukoll li kien ippreżanta bye law li, bla ebda raġuni valida, ġiet rifjutata mill-Gvern fl-istess ħin li bye laws simili jeżistu f’lokalitajiet oħrajn

Finalment il-Kunsill iħeġġeġ lill-pubbliku kollu biex isemma leħnu u jipprotesta għaliex il-pubbliku jixraqlu l-aħjar.

Ekonomija

Sport