Friday, May 3, 2024

Il-Papa jagħti l-vot lil 5 sorijiet fis-Sinodu li se jsir f’Ottubru

Aqra wkoll

Papa Franġisku ħabbar li kien qiegħed jagħti l-vot lin-nisa f’laqgħa globali tal-Isqfijiet li mistennija ssir f’Ottubru li ġej. Din hija aħbar ferm pożittiva għal Knisja Kattolika hekk kif l-irwol tan-nisa dejjem kien tħalla minimu.

Kien ilbieraħ li l-Vatikan ħabbar tibdil fir-regoli biex issa ħames sorijiet se jkollhom il-vot daqs l-Isqfijiet f’laqgħa li ħafna darba minnha joħroġu stqarrijiet li fuqhom imbgħad il-Papa nnifsu jaġixxi.

S’issa n-nisa li jattendu din il-laqgħa importani kienu osservaturi biss, minkejja li setgħu jwasslu l-ħsibijiet tagħhom qatt ma setgħu jivvotaw fil-vot finali.

Għal sekli sħaħ il-Knisja Kattolika kienet immexxija mill-irġiel biss u huma biss setgħu jieħdu vot, issa b’dan it-tibdil ifisser li n-nisa bil-mod il-mod se jibda jkollhom sehem akbar fit-tmexxija tal-Knsija Kattolika.

Tibdil ieħor li Papa Franġisku ħabbar kien li se jagħti l-vot lil 70 persuna li mhux qassisin, iżda li huma membri f’komunitajiet.

Dan il-Papa se jibqa’ mfakkar żgur għar-riformi kbar li wettaq fil-Knisja Kattolika aktar u aktar fejn jidħlu n-nisa u sehem taż-żagħżagħ.

Sport