“Bħala kunsill qed nagħmlu sforz biex inżommu r-raħal tagħna nadif kif jixraq lil kull resident, imma għandna bżonn l-għajnuna tagħkom! Lanqas mhu ġust li l-kenniesa tagħna jiġbru dan il-ħmieg”.
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop permezz ta’ Facebook matul il-ġimgħa li għaddiet. Intant dan is-sit inzerta qiegħed f’dan ir-raħal u seta’ jinnota l-ħmieġ li kien hemm partikolarment fil-gward tal-football tal-istess raħal.
Naqblu ma’ dak li qal il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop, li ; “huwa tajjeb għal kulħadd li r-raħal tagħna jkun nadif, mela ejjew ngħinu lil xulxin”