Thursday, March 20, 2025

Mill-inqas 12-il persuna midruba fi sparatura f’Toronto fil-Kanada

Aqra wkoll

Mill-inqas 12-il persuna ndarbu fi sparatura f’Toronto, qalet il-pulizija. Erba’ mill-vittmi qegħdin isofru minn ġrieħi gravi, filwaqt li l-kundizzjoni tal-oħrajn għadha mhix magħrufa. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata minn uffiċċjali tal-Pulizija li keinu fuq il-post.

Il-pulizija ta’ Toronto qalet li s-suspettat kien “liebes balaklava sewda u li deher jaħrab ġo karozza griża. Qalu li ssejħu għal rapporti ta’ sparatura fil-pub Piper Arms fi Scarborough, distrett ta’ Toronto, għall-ħabta tal-10.39 p.m., tal-lbieraħ.

L-uffiċjali qed iħeġġu lin-nies biex jevitaw ix-xena fi Progress Ave u Corporate Drive. Hekk kif l-Pulizija għaddejjin bi tfittxija għas-suspettatt, fuq il-post fejn seħħet l-isparatura, hemm diversi Pulizija armati u diversi ambulanzi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport