“Li jiddispjaċini hu li ċertu tradizzjonijiet marbutin max-xogħol fuq il-gallariji tal-injam Maltin bdew jaqtughħom. Min jaħdem bħali bħalissa ma jieħux pjaċir hu. Jien nixtieq nerġa’ nara l-gallariji jinħadmu kif kienu. Dik biċċa arti. Jien per eżempju b’injam mastizz biss kont naħdem. Issa jekk għalaqna l-iskejjel tas-snajja, it-tfal li telgħin fejn se jitgħallmu fuq ix-xogħol tradizzjonali fuq il-gallarija.”

Salvu jitkellem fuq il-gallarija Maltija. Gallarija li tant hi għal qalbu. Dan minħabba is-sengħa li fiha biex tinħadem, li llum din is-sengħa kważi għebet minn pajjiżna. U Salvu fil-post fejn kien jaħdem fuq il-gallariji, post li fih tista’ tara l-għodod, l-injam u ħafna affarijiet oħra marbutin mal-gallarija Maltija, jispjegalna kif kien jaħdem.
Jitkellem fuq sengħa li qiegħda tgħid. Sengħa li bil-mod il-mod qed toħdilha postha il-kultura ta’ llum. U Salvu jħeġġeġ biex din is-sengħa ma tintilifx.
Rapport sħiħ f’IT-TORĊA ta’ għada