Thursday, December 26, 2024

Il-leaders Hibernians iwaqqgħu żewġ punti oħra

Aqra wkoll

Mosta ………..1

Hiberniains …1

Wara d-draw kontra Sirens aktar kmieni din il-ġimgħa, Hibernians fal­lew żewġ punti oħra important hekk kif ġew miżmuma fi draw identiku ta’ 1-1 minn Mosta li ġejjin ukoll minn draw ta’ 1-1 kontra Hamrun Spartans.

Għal Mosta ddebuttaw il-goalkeeper Ini Etim Akpan u l-attakkant mill-Ghana Dennis Agyare Antwi waqt li l-Olandiż Youri Loen daħal bħala sostitut. Għal Hibs, min-naħa l-oħra, irritorna Ferdinando Apap li ħa post Matthew Ellul mal-ewwel ħdax.

Qabel il-partita, l-attakkant ta’ Hibernians Jurgen Degabriele ġie ppreżentat bl-unur tal-BOV l-Aħjar Player tax-Xahar għal Diċembru.

Kienu Hibernians li ħarġu tajjeb u fis-sitt minuta, tilfu ċans tajjeb meta xutt mix-xellug ta’ Jake Grech ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper debuttant, Ini Etim Akpan,  b’Ayrton Attard jixxuttja għoli.

Iżda fl-14-il minuta, il- Pawlilsti fetħu l-iskor meta konklużjoni ta’ Jurgen Degabriele ġiet imblukkata minn Ekani bil-ballun jasal għand AYRTON ATTARD li b’xutt fil-baxx għeleb lil Akpan

Wara li fis-16-il minuta Mosta kellhom goal ta’  Sunday Akinbule ġustament imħassar wara li l-player miss il-ballun b’idu, disa’ minuti wara, cross-shot insidjuż ta’ Clayton Failla ġie salvat minn Calleja Cremona.

Wara din l-azzjoni, il- logħba naqset mir-ritmu u sal-mistrieħ ma kienx hemm azzjoni denja ta’ nota.

Iżda sitt minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Mosta kisbu d-draw meta minn cross ta’ Brincat, id-debuttant DEN­NIS AGYARE ANTWI b’daqqa ta’ ras angolata għe­leb lil Calleja Cremona. 

Erba’ minuti wara, Hibs resqu viċin meta wara az­zjoni ta’ corner, Apap daħal tajjeb iżda l-ballun ġie mxel­lef u Matthew Ellul kellu xutt fil-baxx salvat minn Akpan. Fid-59 minuta, daqqa ta’ ras ta’ Apap għaddiet ftit għoli u ħames minuti wara, Beu kellu xutt sabiħ bid-dawra mil-lemin li ġie mdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeeper ta’ Mosta.

Fil-ħin li kien baqa’, il-Pawlisti għamlu minn kollox biex jerġgħu jmorru fil-vantaġġ iżda Mosta kkontrollaw tajjeb biex b’hekk irnexxielhom jieħdu punt prezzjuż fil-ġlieda tagħhom kontra r-relegazzjoni.

MOSTA: 12-Ini Etim Akpan, 5-Raul Manuel Fernandes da Silva, 6-Roderick Briffa (16-Gian­luca Sciberras 70), 13-Clayton Failla, 19-Johann Bezzina (9-Michael Mifsud 75), 30-Luis Riascos, 33-Dennis Agyare Antwi (7-William Donkin 75), 34-Rafael Morisco, 77-Zachary Brincat (27-Youri Loen 60), 88-Sunday Akinbule,  98-Jonas Rodriguez Ekani  – Coach: Joseph Grech

HIBERNIANS: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Ferdinando Apap, 4-Leandro Almeida (5-Matthew Ellul 30), 7-Ayrton Attard (23-Edafe Christopher Uzeh 75), 8-Jake Grech, 10-Jurgen Degabriele, 12-Dunstan Vella, 17-Erjon Beu, 20-Andrei Agius, 22-Gabriel Izquier Artiles, 88-Wilfried Domoraud (19-Joseph Zerafa 81)   – Coach: Stefano Sanderra

REFEREE: Emanuel Grech

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Thomas Debono

RABA’ UFF: Darryl Agius

SKORERS: A. Attard 14 (H); D. Antwi 51 (51)

AMMONITI: L. Almeida, J. Zerafa, D. Vella (H); L. Riascos, R. da Silva (M)

Ekonomija

Sport