Thursday, April 18, 2024

Viking’s Topline jirbaħ l-ewwel tiġrija Premier tas-sena

Aqra wkoll

Minn Kenneth Vella

Misjuq minn sidu stess Eugenio Bondin, Viking’s Topline rebaħ it-tiġrija ewlenija li saret is-Sibt wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Din kienet riservata għal żwiemel tal-klassi Premier, saret fuq distanza qasira ta’ 2140m u għamlet parti mill-ewwel laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott.

Tlettax kienu ż-żwiemel li ħadu sehem fit-tiġrija ewlenija. Viking’s Topline (Eugenio Bondin) kien l-aktar wieħed b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Baladin Du Reynard (Kurt Saliba) u Cesar Madji (Charles Camilleri).  Iż-żiemel ta’ Bondin żamm l-ewwel post sal-linja finali u temm rebbieħ wara li fl-aħħar metri għeleb l-isfida ta’ Onceforall Face (Brian Hili). Cesar Madji (Charles Camilleri) u Beau De Morgane (Marco Debono) daħlu warajhom f’dik l-ordni. 

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Givre Nonantais (Cherise Farrugia) Ħin – 2.46.3” (1.17.7”) 2. Gayle Galb (C. Vassallo) 3. Grace De L’Isop (R. Gatt) 4. Gazon De Conpagne (C. Camilleri) 

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fast Loulou (N. Baldacchino) Ħin – 2.45” (1.17.1”) 2. Aigle Du Clos (B. Debono) 3. Zodiaco As (P. Galea) 4. Midnight Passion (E. Bezzina) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Doc Hollywood (R. Magro) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Daraghiu Jeep (A. Cassar) 3. Lovely Boy (P. Galea) 4. Baron De Neuilliac (C. Camilleri)  

IV Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1.  Gigant Well (C. Degiorgio) Ħin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Cathy De La Rouvre (R. Magro) 3. Brin De Noblesse (T. Tanti) 4. Alcibiade (R. Gatt) 

V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Call Of De Cormon (G. Gatt) Ħin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Colorado Telbe (C. Vassallo) 3. I Come In Peace (M. Ellul) 4. Beatnik Turgot (R. Gatt) 

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Viking’s Topline (E. Bondin) Ħin – 2.41” (1.15.2”) 2. Onceforall Face (B. Hili) 3. Cesar Madji (C. Camilleri) 4. Beau De Morgane (M. Debono)

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Deal De Cahot (C. Camilleri) Ħin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Dream Turgot (K. Saliba) 3. Vivoli (M. Cauchi) 4. Cessillac (P. Cuschieri) 

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Asko Giant (P. Galea) Ħin – 2.46” (1.17.2”) 2. Elite Angel (Cherise Farrugia) 3. Wise Wind (R. Gatt) 4. Boom Boom Becker (N. Barbara)  

Ekonomija

Sport