Saturday, November 23, 2024

Il-leġġendarju Michael Phelps jikkritika lill-għawwiema Amerikani

Aqra wkoll

L-ikona Amerikana tal-għawm, Michael Phelps, wera d-diżappunt tiegħu billi kkritika bl-aħrax l-agħar prestazzjoni Olimpika tal-irġiel fl-Istati Uniti fi kważi seba’ deċennji.

It-team tal-għawm tal-irġiel Amerikan irnexxielu biss jirbaħ midalja tad-deheb individwali waħda meta Bobby Finke irreġistra rekord mondjali fl-1500m freestyle.

Iżda l-irġiel Amerikani rnexxielhom biss jirbħu ħames midalji individwali oħra – tnejn tal-fidda u tlieta tal-bronż – f’waħda mill-agħar wirjiet ġenerali tagħhom fil-Logħob Olimpiku.

L-Amerikani kienu rinomati li jiddominaw kważi kull dixxiplina tal-għawm, iżda l-aħħar darba li telqu lura lejn pajjiżhom b’midalja waħda biss fl-individwali tal-irġiel kien fl-Olimpjadi ta’ Melbourne 1956.

Phelps sostna li jħossu disgustat li l-għawwiema Amerikani tħabtu fil-pixxina minħabba li dehru inferjuri għall-avversarji tagħhom.

Sport