Monday, September 28, 2026
Home Sport Barcelona u Real Madrid qed iħufu għall-players ta’ Manchester City li jistgħu...

Barcelona u Real Madrid qed iħufu għall-players ta’ Manchester City li jistgħu jiġu sospiżi mill-Premier League

0
51

Barcelona u Real Madrid qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni ta’ Erling Haaland wara li Manchester City jinsabu taħt pressjoni minħabba l-każ dwar allegat ksur estensiv tar-regoli finanzjarji tal-Premier League. 

Jekk il-club jingħata tnaqqis kbir ta’ punti u jispiċċa relegat, jista’ jkun hemm inċertezza dwar il-futur ta’ diversi mill-akbar stilel tiegħu.

Haaland jinsab fosthom, minkejja li fadallu madwar tmien snin fuq il-kuntratt tiegħu mas-City. Barcelona qed ifittxu attakkant ċentrali ġdid biex jieħu post Robert Lewandowski, filwaqt li naqqsu l-interess tagħhom f’Julian Alvarez. 

Real Madrid ukoll se jkunu qed jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tan-Norveġiż, minkejja li bħalissa għandhom lil Kylian Mbappé bħala l-attakkant ewlieni tagħhom.

Rapporti fi Spanja qed jirrapportaw li Real qed isegwu wkoll lil Josko Gvardiol, Ayyoub Bouaddi, Elliot Anderson, Enzo Fernandez u Rayan Cherki. Madankollu, is-City xorta jistgħu jitolbu somom kbar għall-players tagħhom, peress li ftit minnhom għandhom klawsoli tarrelegazzjoni.

L-eks player ta’ Barcelona Gaizka Mendieta qal li Haaland jista’ jispiċċa ma’ Madrid jew Barcelona, iżda jemmen li l-istil ta’ Barcelona jista’ jkun aktar adattat għalih.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here