Monday, December 9, 2024

“Il-maġġoranza tan-negozji mhumiex igergru”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kamra tal-SMEs dwar il-bejgħ fi żmien il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena… Bidu għal stħarriġ għas-sena 2020

Miktub minn Carmen Cachia

Filwaqt li l-Kamra tal-SMEs ikkonfermat li s’issa jidher li għas-sales, in-nies ikkonkorrew f’livell sodisfaċenti, qalet ukoll li l-maġġoranza tan-negozji lokali m’humiex igergru għal kif mar il-bejgħ fi żmien il-festi tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena. Dan is-sit tkellem mal-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-SMEs, Abigail Mamo, fejn ħabbret ukoll li din il-ġimgħa bdew stħarriġ iddedaljat dwar kif marru n-negozji f’Malta għas-sena 2020, is-sena bla preċedent tal-Covid-19.

Mamo qalet li, “avolja f’sena normali l-bejgħ kien ikun ħafna aktar b’saħħtu, biċ-ċirkostanzi li konna fihom, il-maġġoranza tan-negozji m’humiex igergru. Negozji mhux essenzjali issa laħqu l-medja ta’ 50% tal-bejgħ, mentri n-negozji relatati ma’ oġġetti u investiment fid-dar, komplew sejrin tajjeb bil-bejgħ daqs is-sena l-oħra jew aħjar”.

Min-naħa l-oħra din il-Kamra sostniet li n-negozji li jiddependu minn avvenimenti u oħrajn li kienu mġiegħla jagħlqu, kellhom Milied ħażin ħafna f’sens ta’ bejgħ għall-festi. 

Il-Kap Eżekuttiv qalet li r-ristoranti ċċaqilqu b’mod tajjeb, “però wieħed irid iżomm f’moħħu li dawn qegħdin joperaw b’inqas imwejjed u ammont sostanzjali bagħtew għax ma setgħux iservu alkoħol minħabba l-liċenzja”.

Abigail Mamo żiedet tgħid li l-lukandi wkoll iċċaqilqu ftit permezz ta’ turiżmu domestiku, iżda dan kien ferm inqas meta mqabbbel ma’ żmien “normali” qabel ma faqqgħet il-pandemija globali.

Ekonomija

Sport