Monday, December 9, 2024

Raġel iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn mutur

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għal xi l-11:30 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu  kemm seħħ inċident stradali fi Triq Tas-Sliema, il-Gżira. 

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li raġel mill-Belarussja ta’ 37 sena u residenti l-Imsida, weġġa’ wara li ntlaqat minn mutur Kymco Agility, misjuq minn Serbjan ta’ 28 sena u residenti  Birkirkara. 

L-irġiel ingħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara, ir-raġel ta’ 37 sena ttieħed l Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

Ir-raġel ta’ 28 sena ttieħed għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ekonomija

Sport