Monday, May 13, 2024

Il-Malta FA tħabbar il-finalisti tal-MFA Awards 2024

Aqra wkoll

Fil-jiem li ġejjin il-Malta FA se torganiza edizzjoni oħra tal-MA Awards

Il-qofol tas-serata huma l-premjijiet għall-Plejer tas-Sena maskili u femminili għas-70 u s-27 darba, rispettivament.

Il-Malta FA għadha kif ħarġet il-lista ta’ plejers nominati għall-Malta FA Awards 2024 li se jsiru nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju fil-Lukanda Dolmen fil-Qawra,. Din l-edizzjoni se tkun ippreżentata mill-personalità magħrufa tal-media, Sarah Bajada.

Total ta’ disa’ unuri flimkien ma’ unuri għall-aqwa skorers fid-diviżjonijiet kollha tal-kompetizzjonijiet Nazzjonali, u premjijiet speċifiċi oħra se jkunu disponibbli din is-sena, bil-lista ta’ plejers nominati hija din t’hawn taħt:-

Lista ta’ Parteċipanti Nominati għall-MFA Awards 2024

Futboler tas-Sena tal-MFA:- Mbong Joseph (Hamrun Spartans), Montebello Luke (Hamrun Spartans), Reid Kemar (Floriana), Vella Dunstan (Floriana), Zammit Lonardelli Carlo (Floriana).

Plejer Femminili tas-Sena tal-MFA:- Borg Brenda (Mġarr United), Farrugia Stephania (Birkirkara), Said Anne Marie (Birkirkara), Sultana Alishia (Birkirkara), Zammit Shona (Swieqi United).

Kowċ tas-Sena:- Camoranesi Mauro German (Floriana), Zammit Paul (Sliema Wanderers), Zauri Luciano (Hamrun Spartans).

Plejer Żagħżugħ tas-Sena:- Debono Matthias (Naxxar Lions), Spiteri Owen (Floriana), Vassallo Jake (Mosta).

Plejer Barrani tas-Sena:- Alves Furtado Luis Willis (Floriana), De Jesus Yuri Messias (Marsaxlokk), Prsa Roko (Hamrun Spartans).

BOV Challenge League L-Aqwa Plejer:- Debattista Matthew (Melita), Penha Da Costa Andre Carlos (Melita), Scicluna James (Żabbar St. Patrick).

L-Aqwa Plejer tan-National Amateur League IZIBET:- Borg Kurt (Mtarfa), Gomes Weverton (Pembroke Athleta), Suda Jurgen (Mġarr United).

L-aqwa Plejer tal-Youth League:- Attard Ensell (Mosta), Azzopardi Jake (Valletta), Garba David Emmanuel (Valletta).

L-Aqwa Plejer tal-Youth League tan-Nisa:- Abdulai Salamatu (Swieqi United), Celeste Nyorah (Hibernians), Micallef Kaysia (Swieqi United).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport