Wednesday, April 24, 2024

Il-Malta Ranger Unit b’talba lill-Pulizija sabiex jinvestigaw kummenti ta’ theddid

Aqra wkoll

Il-Malta Rangers Unit għamlet talba lilll-Pulizija sabiex dawn jinvestigaw theddid li qed isir fil-konfront ta’ diversi uffiċjali tar-Ranger Unit stess.

Ġie rrimarkat kif fuq il-midja soċjali ttella’ ritratt ta’ uffiċjal tar-Rangers bil-vettura li kien qed juża, liema ritratt ħoloq rezzjonijiet diversi mill-pubbliku.

Intant fost il-bosta kummenti, kien hemm diversi minnhom ikkunsidrati bħala ħorox. Kumment minnhom kien jgħid sabiex ir-rangers jingħataw xebgħa, filwaqt li persuna oħra f’kumment qalet li tixtieq li dawn jispiċċaw f’siġġu tar-roti.

Kien għalhekk li l-Malta Ranger Unit irrappurtat dan it-theddid lill-Pulizija.

Ir-rangers huma responsabbli mill-ħarsien tal-ambjent f’siti naturali madwar il-pajjiż.

Sport