Saturday, December 14, 2024

Il-Maltin fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar jingħataw Ġieħ ir-Repubblika

Aqra wkoll

L-atleti Maltin li ħadu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa, il-GSSE 2023 ingħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Id-19-il edizzjoni tal-GSSE, din is-sena, kienet ospitata f’Malta. Bi prestazzjoni bla paragun, Malta kisbet 38 midalja tad-deheb, 30 midalja tal-fidda u 29 midalja tal-bronż. Il-kontinġent Malti ġie nkurunat r-rebbieħ ġenerali fost disa’ pajjiżi.

Il-kobor ta’ din ir-rebħa tirrifletti d-dedikazzjoni tal-atleti Maltin u tixħet dawl fuq it-talent li jinsab fi ħdan pajjiżi żgħar.

Team Malta tmexxa minn Eleanor Bezzina, li nħatret bħala Team Captain. Magħha ħadu sehem ‘il fuq minn 200 atleta Malti li kienu lesti li juru d-determinazzjoni u x-xogħol iebes tagħhom f’dawn il-logħob.

Malta kisbet l-ewwel post, għall-ewwel darba, b’97 midalja, qabżet il-kisbiet ta’ qabel u rebħet l-aktar midalji matul il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023.

Malta kisbet 32 midalja fl-atletika, waħda fil-basketball, erbgħa fil-judo, tnejn fir-rugby, 13 fl-ibburdjar, ħamsa fl-isparar, għaxra fl-isquash, 17 fl-għawm, sebgħa fit-table tennis u sitta fit-tennis.

Ekonomija

Sport