Ritratti: ROGER AZZOPARDI
Il-festa tal-Assunta taħbat ma’ anniversarju tant importanti għall-poplu Malti. Wara xhur jgħix fil-ħerba u l-faqar tal-gwerra l-festa tal-Assunta tal-1942 sabet lill-poplu Malti f’salib it-toroq – bejn l-għadu u s-salvazzjoni mill-ġuħ. Bħal-lum fil-Port il-Kbir kien daħal il-bastiment SS Ohio, tal-Convoy Operation Pedestal.
Intant aktar kmieni bosta kienu dawk li nġabru biex filwaqt li jiċċelebraw l-festa tal-Assunta kif ukoll jirringrazzjawha ta’ dan l-episodju li ċertament se jibqa’ mfakkar ġernerazzjoni wara l-oħra.
Il-konvoj ta’ Santa Maria jew Operation Pedestal, kien magħmul minn ħames bastimenti u ġab provista ta’ ikel lejn Malta għall-perjodu ta’ tliet xhur u kwantità ta’ provisti indispensabbli. il-bastiment l-Ohio li huwa meqjus l-aktar importanti għax permezz tiegħu l-ajruplani tar-Royal Airforce setgħu jikkumbattu lill-għadu.
Il-konvoj ta’ Santa Marija irnexxielu jdawwar telfa f’rebħa u anke wassal għat-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija qabel mistenni.










