Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, f’messaġġ fuq Twitter, ħabbar li l-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta (MAM) laqgħet il-miżuri l-ġodda li ddaħħlu kontra l-imxija tal-COVID-19. Il-Ministru Fearne ħababr ukoll li l-azzjonijiet industrijali tal-MAM ġew imbeħħija.