L-organizzaturi tal-Maratona ta’ Londra qed jikkunsidraw li jippermettu l-irġiel u atleti li jieħdu sehem fit-tellieqa tan-nisa tal-elite fl-edizzjoni tal-2027, bil-għan li jgħinu lin-nisa jiksbu ħinijiet aħjar u jisfidaw ir-rekord dinji tal-maratona u mhux li jikkompetu għall-klassifika tan-nisa.
Id-direttur tat-tellieqa, Hugh Brasher, ikkonferma li l-organizzaturi qed jiddiskutu din il-possibbiltà mal-atleti qabel tittieħed deċiżjoni finali.
Il-proposta ġiet wara l-prestazzjoni notevoli tal-Etjopjana Tigst Assefa f’Berlin, fejn kienet viċin li tikser ir-rekord dinji tan-nisa, iżda sofriet injury fil-pexxul lejn it-tmiem.
Il-Kenjana Ruth Chepng’etich għandha r-rekord dinji f’tellieqa mħallta, b’ħin ta’ 2:09:56, filwaqt li Assefa għandha r-rekord f’tellieqa għan-nisa biss, ta’ 2:15:41, li stabbiliet f’Londra fl-2026.
Din il-proposta saret biex tirrigwarda l-parteċipazzjoni ta’ rġiel bħala pacemakers biex jgħinu lin-nisa jżommu ritmu aktar mgħaġġel, mhux li jikkompetu għall-klassifika tan-nisa.




