Friday, October 30, 2026
Home Sport L-istadium il-ġdid ta’ Milan u Inter se jingħata l-isem ta’ ‘Stadio Generali’...

L-istadium il-ġdid ta’ Milan u Inter se jingħata l-isem ta’ ‘Stadio Generali’ u se jitlesta fl-2031/32

0
55

AC Milan u Inter ħabbru uffiċjalment li l-istadium il-ġdid tagħhom se jissejjaħ ‘Stadio Generali’, waqt preżentazzjoni li saret fil-Castello Sforzesco f’Milan. Ix-xogħlijiet mistennija jibdew fl-2028, bl-għan li l-impjant ikun lest għall-istaġun 2031/32.

L-istadium il-ġdid se jkollu disinn modern, f’forma ta’ skutella, mibni fuq podju mgħolli u b’faċċata djagonali li fuqha se jidher b’mod prominenti l-isem tal-kumpanija Taljana tal-assigurazzjoni Generali.

Il-proġett għandu l-għan li jżomm l-ispirtu u l-wirt storiku ta’ San Siro, filwaqt li joħloq ‘dar ġdida’ għaż-żewġ clubs u punt ta’ riferiment ġdid għall-belt ta’ Milan, b’investiment fit-tul fl-iżvilupp sportiv, ekonomiku u urban tagħha.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here