Thursday, December 26, 2024

‘Il-Maratona ta’ nhar il-Ħadd kienet waħda li żgur li mhux se ninsiha malajr’ – Andrew Grech

Aqra wkoll

minn CRISTIAN MUSCAT

Hekk kif nhar il-Ħadd li għadda ġiet organizzata il-Lifestar Malta Maarathon, Andrew Grech ikklassifika bħala l-ewwel atleta Malti għall-ħames darba konsekuttiva fil-Full Marathon. Dan is-sit tkellem ma’ Andrew innifsu fejn tana iktar dettalji:

“Il-Maratona ta’ nhar il-Ħadd 25 ta’ Frar kienet it-tmien waħda tiegħi, fejn fl- ewwel edizzjoni li ħadt sehem fl-2012 ġejt it-tielet Malti, darbtejn it tieni 2013 u 2014 u fl-aħħar ħames edizzjonijiet ikklassifikajt bħala l-ewwel Malti. Ta’ min isemmi li preċedentement għamilt bosta Nofs maratoni ta’ Malta bl-ewwel waħda tkun lura fl-2002.”

“L-edizzjoni ta’ nhar il-Ħadd kienet waħda li żgur li mhux se ninsiha malajr minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp li sibna fejn ix-xita bdiet nieżla mil-lejl ta’ qabel u kompliet tul il-Maratona kollha, fejn f’postijiet minnhom bħal Ta’ Qali t-toroq kienu mfawrin bl-ilma. Qabel ma bdiet il-Maratona kien hemm żewġ Maratoneti Marokkini li kienu l-favoriti għar-rebħ tal-Maratona. Fost il-Maltin li setgħu komplew il-podju kien hemm jien, Matthew Xuereb kif ukoll Alan Camilleri. Il-Maratona bdiet fis-6.30am u tista’ tgħid li għamilt tellieqa kollha waħdi minħabba li ż-żewġ atleti barranin li semmejt telqu flimkien fuq quddiem u jien warajhom, b’Matthew Xuereb u Jemima Farley ftit warajja.”

“F’ħin minnhom għal xi raġuni rtira wieħed mill-atleti Marokkini u b’hekk tlajt fit-tieni post li żammejt sal-aħħar f’ħin uffiċjali ta’ 2hrs34’40” li meta tikkunsidra t-temp li sibna, huwa ħin tajjeb ħafna. Dħalt wara l-atleta Marokkin Alaa’ Hrioued u fit-tielet post daħal l-atleta Għawdxi Matthew Xuereb li kellu tellieqa tajba ħafna wkoll, segwit minn Jemima Farley li waqqfet rekord ta’ ħin fil-kamp femminili. Fil-kategorija tat-timijiet, ikklassifikajna fl-ewwel post jien, Alan Camilleri u Ronald Camilleri għall-klabb Evolve EC. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil-kowċ tiegħi Has Kesra, lil George Camilleri ta’ Neolife, Eurosport, Garmin, Floky Socks, Corsa, Go&fun, Brillace, SportMalta kif ukoll il- Kummissarju tal-Pulizija għas-sapport li dejjem insib matul is-sena.”

Ekonomija

Sport