Sunday, November 10, 2024

Il-Marokk jimmiraw li jiktbu l-istorja meta jiltaqgħu kontra l-Portugall

Aqra wkoll

Illum il-Marokk jimmiraw li jiktbu l-istorja meta jimmiraw li jikkwalifikaw għas-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja meta jiltaqgħu kontra l-Portugall.

Huma saru r-raba’ team Afrikan li wasal sal-kwarti-finali tat-Tazza tad-Dinja meta elimina lil Spanja bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 0-0.

Huma se jaffrontaw lill-Portugall li rreġistraw it-tieni l-akbar rebħa ta’ din l-edizzjoni meta għelbu lill-Isvizzera bl-iskor ta’ 6-1. Huma waslu sa dan l-istadju ta’ din il-kompetizzjoni f’żewġ okkażjonijiet preċedenti u fiż-żewġ każijiet waslu sas-semi-finali.

Din se tkun partita bejn it-team li sofra l-inqas goals kontra t-team li skorja l-aktar goals u allura din il-logħba se tkun waħda bilanċjata. Il-Marokk se jkunu qed ifittxu li jiksbu post f’semi-finali storika fejn ikunu qed jaffrontaw lir-rebbieħ tal-konfront bejn l-Ingilterra u Franza.

Għalihom, Romain Saiss se jkollu jiġi evalwat qabel il-logħba, wara li rċieva attenzjoni medika fil-logħba kontra Spanja minħabba uġigħ fil-hamstring. Nayef Aguerd jidher li se jitlef din il-partita minħabba injury fil-groin

Min-naħa l-oħra għall-Portugall, Nuno Mendes ġie eskluż mit-Tazza tad-Dinja b’injury fil-koxxa. Danilo Pereira ma kienx preżenti fl-iskwadra fir-rebħa kontra l-Isvizzera u għalhekk x’aktarx jibqa’ barra wkoll għal din il-logħba.

Goncalo Ramos jista’ jżomm postu fil-formazzjoni inizjali wara l-hat-trick tiegħu kontra l-Isvizzera.

Sport