Tuesday, May 14, 2024

L-Ingilterra f’partita klassika kontra Franza

Aqra wkoll

Dan huwa konfront klassiku bejn l-Ingilterra u Franza hekk kif filwaqt li l-Ingliżi jimmiraw li jpattu għad-diżappunt tat-telf tal-Euro 2020 meta tilfu l-finali kontra l-Italja bl-għoti tal-penalties, il-Franċiżi jridu jżommu t-titlu biex isiru t-tielet team li jagħmlu dan wara l-Italja (1934, 1938) u l-Brażil (1958, 1962).

L-Ingilterra rnexxielhom jegħlbu lis-Senegal bl-iskor ta’ 3-0 wara bidu kemmxejn dubjuż fejn l-Afrikani setgħu faċilment fetħu l-iskor.

Dan huwa test reali għat-team immexxi mill-coach Gareth Southgate fejn il-players iridu jkunu fl-aqwa forma tagħhom.

Min-naħa l-oħra, Franza ma kinux konvinċenti għal kollox fir-rebħa ta’ 3-1 kontra l-Polonja u kellha tkun doppjetta ta’ Kylian Mbappe biex huma waslu sa dan l-istadju.

Għall-Ingilterra, Ben White ħalla l-kamp Ingliż wara li kellu xi jgħid mal-assistant coach, Steve Holland, filwaqt li Raheem Sterling irritorna fl-iskwadra wara li saret serqa f’daru, f’Surrey, iżda mhux mistenni li jibda mill-bidu.

John Stones u Callum Wilson iridu jiġu evalwati, minħabba uġiegħ muskolari.

Fil-Euro 2020, Southgate kienu utilizza difiża ta’ tliet players kontra l-Ġermanja u l-Italja, u ssuġġerixxa li jista’ juża din l-istess sistema għal din il-partita.

Min-naħa l-oħra, il-Franċiżi m’għandhomx prblemi ta’ players imweġġħin u għaldaqstant mistennija jippreżentaw l-aqwa formazzjoni possibbli … b’ Jules Kounde u Raphael Varane se jirritornaw fid-difiża mill-bidu.

Sport